my-malta.com İ 2002

Hajr    talli qed izzur:

Please Click Here 
to view/sign our
Guestbook. Thanks.
make this site your HOMEPAGE

CONNECT NOW TO
"my-malta-mail"

IT'S 100% FREE !!


 

The following article is written in the Maltese Language in the form of an interview, brought to you on the initiative of Steve Borg.

It is recommended that you also visit related articles, such as: The negative impact of Bird Trapping ..., as well as  


Is-saggir ta' Wied Ghollieqa
minn Fondazzjoni Natura


Simon Buttigieg, manager tar-Riserva ta' Wied Ghollieqa gie intervistat
minn Steve Borg fl-1 t' April 2002.

M: Kif gie l-hsieb li jissaggar Wied Ghollieqa?
T: Fl-1990 kien hemm talba sabiex jizdied il-parkegg fl-Universita' ta' Malta u ghalhekk beda jitkabbar il-car park, minghajr ma ttiehdet ebda konsiderazzjoni ambjentali. Beda jitghatta Wied Ghollieqa biz-zrar u l-qatran sakemm numru ta' studenti, mmexxija minn Orland Bonavia, student fl-ewwel sena ta' l-accountancy, bdew jigbru l-firem favur il-harsien tal-wied. F'tebqa t'ghajn ingabru 'l fuq minn elfejn firma, fosthom dik tal-Pro Rettur Fr. Peter Serracino Inglott u tal-Ghaqda tar-Residenti tal-Kappara. Orland Bonavia, li llum huwa l-kaxxier ta' Fondazzjoni Natura (FN) hawwel numru ta' ballut, rand man-naha tad-djar fil-Kappara, luq madwar l-ghadira u cipress Mediterranju u harrub ma' l-hajt ta' fejn kienu nizlu l-gafef, sabiex johloq milqi li jaghlaq il-parkegg. Imbaghad fil-wied hawwel balluta, li llum kibret sew. L-izvilupp tant kien selvagg li f'naha minnhom il-wied ghandu wisa' ta' mija u hamsin pied biss. L-FN tkellmet ma' l-Universita' sabiex il-parkegg jigi mghotti b'hafna sigar tac-cipress. Fl-1997 ir-riserva giet imharsa bhala santwarju ta' l-ghasafar.

CAR PARK / NATURAL RESERVE

M: Kemm hija mportanti r-Riserva ta' Wied Ghollieqa ghall-FN?
T: Din hija l-akbar riserva li ghandna. Ahna konna twaqqafna fl-1962 bhala l-SSCN, fi zmien Guido Lanfranco, u wara inghaqdu maghha l-Arbor, ghaqda li twaqqfet fl-1990, l-Verde fl-1999 u dan l-ahhar il-Marine Life Care Group. L-Arbor u l-SSCN kienu jaghmlu hafna attivitajiet flimkien. L-FN ghandha wkoll ir-Riserva ta' l-Maghluq f'Marsaxlokk, li jrid isir hafna u hafna xoghol fiha. Fir-riserva qed insaggru sigar indigeni, li fiz-zmien jimmaturaw f'bosk Malti. L-FN qed tahdem ukoll dwar Riserva fil-bahar, Marine Protected Area, fl-inhawi tac-Cirkewwa.

M: Jien hdmit f'foresti fl-Irlanda, li fihom daqs nofs Malta, u xorta meqjusa bhala zghar. Tghid forsi qed tghaggbuha meta tghidu kemm hija mehtiega?
T: Int trid tqis il-qies ta' l-gzira taghna. Allavolja, nahseb li hemm bzonn ta' aktar msagar f'Malta. Ahna qed naghmlu dan ix-xoghol kollu b'zewg haddiema u voluntier. Ara x'jista' jaghmel il-Gvern li ghandu l-eluf jahdmu mieghu!

M: Kif sibtuh Wied Ghollieqa qabel ma' hadtu t-tmexxija tieghu l-FN?
T: Ma kienx riserva. Kollox kien fi stat ta' telqa kbira, meqjus qisu mizbla. Nehhejna bicciet ta' karozzi abbandunati , tajers, gizers, terrapien u l-hmieg kollu tad-dinja. Fil-bidu ma kienx hemm l-ilqugh tal-wajer u ghalhekk kien hemm hafna serq ta' klin, sigar taz-zebbug u tar-rand. Gew xi hajjiena u dak li raw li kien utli serquh. Kif taf int, ghadna qed nimlew xi skip. Minn Jannar 2002 mlejna erba' skips ohra. Madankollu jien kuntent hafna bil-livell ta' ndafa li ghandna.

M: Nifhem li sar xi studju fuq din ir-riserva qabel ma bdejtu taghmlu l-interventi taghkom.
T: Iva, saret tezi ghall-B.Sc. minn Eman Calleja, membru taghna. Dan huwa studju xjentifiku fuq il-wied. Juri li ghalkemm ahna ghaqda volontarja, dan ma nqishux bhala progett tad-dilettanti. Eman ha l-fond tal-hamrija, analizza l-alkalinita' u s-susstanzi taghha sabiex ikun jaf x'sigar u arbuxelli jkunu jistaw jithawwlu.

M: Ix-xoghol tieghek bhala l-manager tar-riserva f'hiex jikkonsisti?
T: Jien nimpjega n-nies skond il-htiega, nara li s-sigar jibqaw hajjin u li ma tintilifx hamrija. Nishaq hafna fuq l-estetika, id-dehra tar-riserva. Dak kollu li ma huwiex naturali jigi skartat. Izda jien mhux ordnijiet biss naghti izda imidd idejja wkoll. Meta kont zghir kont inkun Marsaxlokk ma' missieri ntella' xi hajt. In-nannu tieghi, Zeppi tal-Begekk miz-Zejtun, kien bennej. Is-sengha tal-gebel qieghda f'demmna. Nuza' l-ghodod tradizzjonali Maltin li jintuzaw fil-bini tal-hitan bhal-imterqa ta' l-inkulmar, il-mazza ta' l-idejn, l-mazza l-kbira u rukkell hajt ha nigbed ghad-dritt. Imkien ma jidhol cement fil-hitan tas-sejjiegh. Dawk li qed nirranga kienu diga hemm fl-antik izda cedew biz-zmien jew twaqqaw minn xi vandali qabel ma hadna r-riserva f'idejna.

Farfett fuq xitla tal-'Lavander' Fraxxnu -- mill-vicin

M: Meta jsir it-thawwil ta' sigar u arbuxelli?
T: Ahna nixmu skond l-istudju ta' Eman Calleja. Is-sigar jithawwlu bejn Novembru u Marzu, fiz-zmien meta taghmel ix-xita, halli jissaqqew wahedhom. Nizbru biss dawk li bil-frieghi taghhom ikunu qed jaghlqu xi moghdija. Fil-bidu ta' s-sena 2000 nidejna progett msejjah Green 2000 fejn l-pubbliku gie mitlub jisponsorja sigar f'Wied Ghollieqa. Dan il-progett kien u ghadu success kbir, ghaliex mhux biss qed ninghataw ghajnuna minghand il-pubbliku in generali, izda anki l-istess pubbliku Malti qed isir aktar konxju mis-sbuhija naturali tas-sigar.

M: Naf li fil-passat saru hafna zbalji bhal meta l-Gvern Malti hawwel hafna sigar Awstraljani, li kienu ta' hsara ghal dawk Maltin. Liemha huma l-ispeci ta' sigar li hemm fir-riserva?
T: Wied Ghollieqa fih diversi tipi ta' habitats, fosthom ix-xaghri, izda hafna mill-art 'il fuq mill-wied kienet ghelieqi ghat-tgham, li gew mitluqa ghaliex kienu foqra mill-hamrija. Fil-post sibna l-harrub, l-bajtar tax-xewk, it-tin, il-lewz, id-deru u l-ghanzalor. Thawwlu eluf ta' sigar u arbuxelli, ilkoll indigeni, jigifieri Maltin. Ahna nisqhu li jithawwli sigar Maltin, li xi whud jiehdu zmien twil biex jikbru. Hija hasra li f'Malta ghandna numru ta' sigar indigeni li jinstabu mheddha fl-ambjent naturali taghhom, minhabba l-izvilupp bl-addocc, l-vandalizmu u l-injoranza. Il-poplu Malti qatt ma kien mghallem li ghandu jghozz is-sigar Maltin. Izda llum nafu li dawn huma parti mill-identita' taghna.

Fl-2001 giet ammendata l-Ligi ghall-Harsien tas-Sigar Maltin, wara dik ta' l-1933 u l-1949. Fir-riserva dawn is-sigar mhux biss hemm il-ligi li tharishom izda anki ahna li nindokraw l-qasam. Fost is-sigar f'Wied Ghollieqa nsibu l-fraxxnu, l-ulmu, il-langas selvagg, l-alaternu, il-ballut, l-ispika, l-gharghar, it-tenghud, l-gummar u ohrajn. L-aktar li ghandna huma ballut, znuber u gharghar. Dan l-ahhar hawwilna mal-hamsin harruba.

M: Kif issir it-tisqija tas-sigar?
T: Ir-riserva hija madwar wied. L-ambjent huwa mharbat b'gebel, xewk u ghollieq. Il-post huwa mtarrag f'xi nhawi u hemm it-tul bejn il-gibjun u fejn qed isir it-tahwil. Naghmlu uzu minn tlett sorsi ta' ilma; wiehed huwa l-gibjun, l-iehor hu bir zghir li jesa' xi erba' mitt gallun biss u t-tielet huwa bir qanpiena li kien mitluq. F'Dicembru li ghadda naddafnih mit-terrapien u mit-tajn u ksejnih bir-ramel u siment u bdejna naghmlu uzu minnu dan l-ahhar. Alla bghatu ghax jesa' tlett elef u hames mitt gallun. Diga qed nimlewh bl-ilma ta' l-wied, li ntellaw bil-pompi minn xi sitt ihula 'l isfel, mal-erba' mitt metru 'l boghod.

Wied Ghollieqa -- Masgar Malti !

M: Mnejn jigu s-sigar li thawwlu?
T: Hafna minnhom huma ghotjiet minn individwi, membri taghna jew minghand il-Gvern. Membri ta' l-FN jkabbru s-sigar id-dar f' hammieli, qsari, l-btiehi u anki l-galleriji. Wara jittiehdu fil-mixtla li ghandna fil-Micropropogation Centre f'Hal-Lija. Nissilna mijiet ta' ballut, li z-zerriegha tieghu tingabar mill-FN mill-Buskett, il-Wardija, u l-Imgiebah fejn baqa' fdalijiet ta' msagar naturali.

M: Kemm jirnexxilkom issalvaw sigar?
T: Minn dawk li nhawlu jghixu aktar minn 85%. Ahna ma nhawwlux ghadd li ma nistawx inlehhqu maghhom. F'Novembru 2001 kont workshop gewwa Madrid mal-WWF ta' Spanja. Dawn imutulhom mas-60% minn dawk li jhawwlu minhabba li jittieklu mill-bhejjem li jirghaw u minn nirien li jahkmu lill-imsagar. L-fatt hu li jithawwlu u ma jindokrawhomx. Ahna rridu nsaqqu minn Marzu sa' Ottubru. Ngharfu bl-amment kwazi kull sigra li nhawwlu. Fis-sajf naghmlu l-konok u l-faxxina ma' kull wahda. Naraw li kull hmistax inkunu saqqejna kull sigra ta' inqas minn tlett snin. Fejn ikunu mietu s-sigar naraw li jithawwlu ohrajn.

M: Liemha xoghol sar dan l-ahhar?
T: Thawwlu mal-hamsin xandrija, il-warda ta' Malta kif ukoll il-korunilla, ir-rihan u l-klin. F'Wied Ghollieqa minbarra s-sigar hemm ukoll is-sriep suwed, qniefed, gremxul, wizghat, xahmet, l-kalamejonti, l-friefet il-lejl u ghasafar bhall-pitirossi, ghammiela, buful u l-buswejda. Innotajna li minn Lulju ta' 2001 bdiet tbejjet il-buswejda f'sigra tal-langas selvagg. Jekk wiehed jghin in-natura tista' tara l-mirakli zghar isiru.

Dan l-ahhar bdejna nifthu r-riserva ghall-zjarat edukattivi ta' tfal ta' l-iskola. Waqt iz-zjara dawn jigu mdawra mar-riserva sabiex josservaw il-gmiel ta' Wied Malti minghajr telqa.

M: X'hemm mahsub ghall-gejjieni?
T: Irridu nhawwlu aktar znuber ma' l-ilqugh u pjanti mheddha, li jinfethu l-moghdijiet li bhalissa huma mirduma bil-gebel sabiex dawk li jzuru r-Rizerva ta' Wied Ghollieqa jkunu jistaw jaghmlu hekk minghajr ma jaghmlu l-hsara. Ghandna bzonn van li bih inkunu nistaw ingorru s-sigar u l-ghodda minn post ghal iehor. Bhalissa l-garr isir biss bil-karozzi tal-membri.

Simon, serjeta' fix-xoghol

Se nirrangaw kamra mwaqqa' li l-gebel taghha, li kien ittiehed ghad-duri tan-nassaba, li se terga' titella' sabiex fiha nahznu l-ghodod. Hi se jkollha d-disinn tradozzjonali Malti, li jinkludi l-gor tal-hamiem, il-kileb, ix-xorok u t-travi. Ghandna bzonn ta' ghajnuna finanzjarja li tista' tinghata billi wiehed jkun sponsor ta' sigar Maltin, li hija ghotja ta' Lm5.00 biss jew li wiehed jispecifika ghal xiex ghandha tintuza l-ghotja tieghu. Wied Ghollieqa ma huwiex l-ahhar progett ta' masgarija. Is-success ta' l-Fondazzjoni Natura f'Wied Ghollieqa huwa prova li bi ftit dedikazzjoni u ghaqal tista' taghmel hafna, u li nistaw wara kollox insaggru l-gzejjer taghna.

 



Although this article is in the Maltese Language, here, we have not used Maltese Characters as we have done elsewhere in this site

ZNUBER - Pine Tree

This page is dedicated to
the many hard-working people
who dedicate their own time to safeguard our natural environment and to their various organizations, all of which are supported by this site.


Simon Buttigieg
Simon Buttigieg inaddaf
'bir qanpiena'

Tahwil ta' Znubra
Tahwil ta' Znubra

Tahwil ta' Ballut
Tahwil ta' Ballut

Tindif mill-iskart
"telqa kbira...
    qisu mizbla"


Tindif mill-iskart
Tindif mill-iskart

Bini ta' lqugh
Bini ta' lqugh

L-ilqugh jitlesta!
Jitlesta l-ilqugh

PASTE YOUR MESSAGES AND OPINIONS HERE !

 

Malta G.C.
Malta -- In The Way
Message Boards
Stationed at Malta
That's Interesting !?
Towns & Villages
Our Rich History
At Your Service
Resources Page
Maltese People
  View Guest Book
Special Features
E-MAIL US


Bini ta' Hitan 
Steve Borg jghin
Bini ta' Hitan

Tisqija -- Orland Bonavia
Tisqija tal-masgar

Garr ta' Sigar zaghar
Garr ta' Sigar ghat-Tahwil

Please Click Here 
to view/sign our
Guestbook. Thanks.