my-malta.com © 2002

Thank you for visiting:

Please Click Here 
to view/sign our
Guestbook. Thanks.
make this site your HOMEPAGE

CONNECT NOW TO
"my-malta-mail"

IT'S 100% FREE !!

Dun Karm Psaila - Xi xogħolijiet litterarji
Dun Karm Psaila - Ta' min jiftakar
Dun Karm Psaila - Għaliex il-kitba bit-Taljan?

Verżjoni Ingliża

 

Dun Karm Psaila, il-Poeta Nazjonali Malti

Il-poeta nazzjonali Malti, ir-reverendu Karmenu Psaila, jew kif inhu magħruf aħjar 'Dun Karm,' huwa l-kittieb tal-Innu Malti, fost xogħolijiet oħra mill-isbaħ.

Xi traduzjonijiet li jidrhu hawn taħt mhumiex daqshekk preċiżi u kulltant jistgħu jitilfu mir-ritmu w it-taqbila ta' xogħol il-poeta, iżda dawn, flimkien ma xi tifsir ieħor, għandhom jgħaddu bħala mod biex jgħinuna nifmhu l-ħsibijiet tiegħu.


Xi Xogħolijiet Litterarji

L-Innu Malti
(The Maltese National Anthem)

Lil din l-Art ħelwa, l-Omm li tatna isimha,
Ħares Mulej, kif dejjem Int ħarist;
Ftakar li lilha bl-oħla dawl libbist.

This sweet land, the very Mother who gave us identity,
Watch over, dear Lord, as You have always done;
and forget not that You adorned her with Your splendid sun.

Agħti kbir Alla, id-deh'n lil min jaħkimha;
Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa 'l-ħaddiem;
Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem.

Bestow, dear God, wisdom to those who rule her,
Grant compassion to the leader, strength to him who toils;
Render brotherhood, and peace, amongst the Maltese.

lura għall-bidu

 

Il-Bandiera Maltija
(The Maltese Flag)

Hekk, bajda u ħamra biss, irridek jiena,
Bandiera ħelwa ta' din l-art ħanina,
Għax kull meta s-sibbien ħabtu għalina
Hekk, bajda u ħamra biss, rawk il-ħajjiena.

F'din id-daħla il-poeta jinsisti li l-bandiera Maltija għanda dejjem tkun dik li
raw l-edewwa tagħna meta ħabtu għal xtutna … bandiera ta' ġens qalbieni.

lura għall-bidu


Lil Ħaż-Żebbuġ, Raħal Twelidi

(To Żebbuġ - My Village-home)

Meta qatt fil-ħidma tiegħi
Kelli s-serħ u ma żurtekx?
Meta ħar
eġ minn ġo qalbi
Għanja u jien ma semmejtikx?

When have I ever had time to rest
and did not come to visit you?
And when did my heart ever feel at its best
and I did not speak of you?

Ftakar, ftakar li qalbek
Qatt ma ħamel ebda xkiel;
La tinsiex illi dejjem tiegħek
Kien Vassalli u Dun Mikiel.

Remember that you
Could never accept any hindrance;

Nor should you forget that £Vassalli"
1 and
"
Dun Mikiel" 2 were truly yours, always.

1 Mikiel Anton Vassalli is acknowledged as a pioneer in the Maltese Language and
2 Dun Mikiel Xerri was one of the organisers of the Maltese uprising against the French.

lura għall-bidu
ta' min jiftakar: Ħaż-Żebbuġ

 

Għal Dun Mikiel Xerri
(Dedicated to Dun Mikiel Xerri,
an Ode to a Maltese Patriot)

Kont għadni, nista' ngħid, ċkejken tarbija
meta ktieb il-ġrajjiet ħabbibni miegħek,
għax fik għaġbitni l-ħila barranija,
u l-kelma sħieħa bħall-egħruq ta' driegħek.

Iżda kif ġejt fuq l-għatba tar-rġulija
u xtaqt inbus lil dak li qatt ma tmiegħek,
u fittixt, imm' għ
alxejn, fuq l-art Maltija
ħaġra li turi fejn hu l-qabar tiegħek,

jien regħ't u bkejt, għax rajt kemm kienet xħiħa
miegħek din l-art li int ħabbejt fis-sewwa,
b'imħabba safja u bla nuqqas sabiħa;

għax tajfitna b'għemilek sfat mirquma,
u għall-qawwa li wrejt quddiem l-egħdewwa
kienu jitkabbru bik Atene u Ruma.

Hawn il-poeta juri d-dwejjaq tiegħu lejn ġensu, li ma uriex ħaqq
mal-eroj Malti, li bieh kienu jiddandnu bliet mimlija storja, bħal
Ruma jew Atene, li anqas m'huma neqsin mill-eroj!

lura għall-bidu


Biki ta'Omm
'Black Market u Ħwejjeġ Oħra'
(A Mother's Tears -
Black Market and Other Matters)

Maħbuba Malta tiegħi, fejn hi d-dija
Li dari tixgħel ġewwa ħbub għajnejk?
Għidli, għaliex narak bħal imbikkija …
Bid-dmugħ sieket jiżżerżaq ma ħaddejk?

My beloved Malta, where is the glowing radiance
That once did glimmer from within your eyes?
Tell me, why are you so mournful…
With silent tears rolling down your sides?

Jiena rajtek fi gwerer qerriedija
Tiġġieled fuq is-swar bil-ħżiem f'ġembejk,
U tixref fuq il-baħar qalbenija
U tirbaħ l-għadu li kien riesaq lejk.

I've seen you before in deadly conflicts,
Battling from your bastions, weapons at your side,
And bravely reaching out beyond your shoreline
Defeating the invader approaching far and wide.

Id-dinja kollha li fil-ħila tiegħek
Rat il-qawwa ta' qalb li għandek fik
Libbsitek b'ġieħ li jibqa' dejjem miegħek:

The whole world, in your untold valour,
Witnessing the vigour of your soul,
Arrayed you in esteem for ever:

Għaliex, mela, narak, b'dak wiċċek niedi
Bid-dmugħ? X'inhu li qed, j'Omm, ibikkik?
"Faħħruni l-barranin… kasbruni wliedi".

Why then (Mother) has your face grown
tearful? What is it that makes you weep?

"For I am praised by strangers… but rejected by my own".

lura għall-bidu

 

Lil Malta - Fuq il-Fruntiera
Wara Elfejn Attakk mill-Ajru
('To Malta - At the Frontier'
After Two Thousand Air Raids)

Dejjem rajtek sabiħa, o Malta tiegħi,
Fil-libsa mżewwqa li int ħdimt mas-snin,
Libsa li taf is-sengħa f'bosta friegħi,
Minsuġa b'ħajt l-Imħabba w it-Twemmin.

U jien, poeta, kemm għannaqtek miegħi!
Kemm bews qegħidtlek fuq ħaddejk ħelwin!
Kemm ħaddimt ħsiebi u qalbi u d-dgħif ta' driegħi
Biex ma narakx f'idejn il-barranin!

Issa l-libsa, jaħasra! m'għadhiex sħiħa:
Għadu bla qalb li ma rebħekx bil-ħarta
Infexx fil-libsa u ċarrathielek sewwa.

'Mma jien ma rajtek qatt bħal-lum sabiħa,
O Malta tiegħi, għax mil-libsa mċarrta
Stajt nara 'l sidrek u l-għeruq ta' ġewwa.

l-imħabba tal-poeta patrijott lejn artu qisha dik li wieħed iħoss lejn
tfajla, li hu jarha dejjem imżejjna bl-imħabba u bil-fidi nisranija;
libsa li ġiet minsuġa tul iż-żmien mill-ġrajjiet storiċi.

Ma jkun qatt li hu, il-maħbub tagħha, iħalliha taqa' f'idejn ħaddieħor!

Iżda issa, l-għadu, il ma setgħax jerbaħha bis-sewwa, kien qed iċarrtilha
l-libsa tagħha biċċiet bil-ħsara li kien qed iwettaq bla-bżonn kull fejn ġie
ġie!. Iżda, bil-libsa mċarrta, Malta donnha tidher iżbaħ minn qabel, issa
li ħarġet sbuħitha ta' ġewwa.

lura għall-bidu
Malta fil-Gwerra

 

Lil-Malta
Tal-Lum u ta' Għada
(To Malta - Today's and Tomorrow's)

'Malta fior del mondo. '
Old saying: 'Malta, flower of the world'

Kont il-warda tad-dinja u sirt il-miżbla;
minn kull xorta ta' qżież dieħel ġ
o fik;
inti tilqgħu u tifrah, mara belha!
u d-dinja tidħak bik.

Fejn hu l-għaqal tar-rgiel? Fejn hi tan-nisa
il-mistħija fil-ħars, fil-kliem, fil-lbies?
X'sar minnha l-warda tax-xbubija? Ahi qada!
kollox irmejt bla qjies,

Għax ruħek mardet. Mingħajr ebda rażan
is-semm barrani dieħel ġo l-ibliet
u ż-żgħażagħ tiegħek jixorbuh u jiskru
jitkasbru bid-dnubiet,

u s-semm joktor u jiġri, u miexja l-pesta
fir-rħula wkoll u jmut quddiemha s-sliem:
ma fadallek lil ħadd min jilqa' l-ħsara,
għax ma baqax ħlief kliem.

lura għall-bidu

 

Għaliex? -- Jedd il-Lsien Malti
(Why? -- The Privilege of the Maltese Language)

Għaliex tarmih li-Lsien il tatek ommok,
u titlef għaqlek wara Lsien barrani?
Maltija kienet l-ewwel kelma f'fommok
b bil-Malti tkellimt tifel daħkani.

U kiber miegħek dal il-Lsien ewlieni,
u ġmielu ntiseġ mal-ġrajjiet ta' ħajtek:
bih fissirt qalbek meta sfajtli hieni,
bih fissirt għommtok meta mbikki rajtek. Għomm=sħana

Għaliex immela tiċħad, Malti ħija,
lil dan il-Lsien li bih int Malti sewwa?
Ħobb, jekk jiswewlek, l-Ilsna barranija,
iżda le tbarri lil min hu ta' ġewwa.

lura għall-bidu

 

Ta' Min Jiftakar:

lura għall-bidu

Ħaż-Żebbuġ huwa raħal f' Malta, filwaqt li iż-Żebbuġ huwa ieħor
fil-gżira t'Għawdex.

Ħaż-Żebbuġ - bħal ma jixgħed l-isem - għandu jkun li kien hemm it-tkabbir
tas-siġar taż-żebbuġ bil-bosta.

Il-prefiss ħaż- (li huwa xorta oħra tal-kelma ħal, jew raħal fil-qasir, iżda
magħqud ma' l-artiklu iż-
, biex jagħtina ħaż-) jingħata biss lill-irħula f'Malta.
L-irhula f'Għawdex ma jġibux dan il-prefiss, iżda jissejħu mill-ewwel
b'isimhom, bħal f'dan il-każ iż-Żebbuġ
.

Xi rħula oħra f'Malta li jġibu 'prefiss' hum: Ħal-Kirkop, Ħal-Safi,
Ħal-Qormi, Ħal-Balzan
u Ħal-Lija biex wieħed isemmi xi wħud.

Ħaz-Żebbuġ kien raħal twelid bosta nies magħrufa Maltin. Fosthom insibu
lill-poeta Dun Karm, lil missier il-kitba bil-Malti Mikiel Anton Vassalli, l-eroj
tas-seklu tmintax Dun Mikiel Xerri u l-iskultur Antonio Sciortino. Il-poeta,
ma jonqosx li jikteb dwar raħal twelidu; Lil Ħaż-Żebbuġ, Raħal Twelidi.

lura għall-bidu
lura għat-Taqsima ewlenija - Dun Karm (Personalities)
lura għat-Taqsima ewlenija - Antonio Sciortino (Personalities)

 

Għaliex il-kitba bit-Taljan?

lura għall-bidu

Minħabba li pajjiżna kellu storja twila colonjali, l-ilsien Malti sikwiet kien
meqjus bħallikieku xi ħaġa inqas mill-oħrajn; xi djalett tas-sefturi, kelmet
in-nies il-baxxi.

Miktub bl-alfabet Ruman (minkejja l-għerq Semitiku tiegħu u l-kultura
mħollija mill-Arab), ilsienna ssokkta tul iż-żmien f'art fenj il-mexxejja u
nies ta' tagħlim kienu jitkellmu w jiktbu bil-Latin, Franċiż, Taljan, Spanjol
u, aktar tard, bl-Ingliż.

Minkejja li Malta kienet taħt tmexxijja Ingliża matul is-seklu dsatax u
parti sew mill-għoxrin, xorta waħda kienet il-kultura Taljana li kienet
l-aktar tinħass f'pajjiżna. Kienet il-moda li wieħed jitħadded bit-Taljan
u li jkun bħall-ġirien
'sofistikati' f'kull mod possibli. Il-klassijiet l-għolja
kienu jidoliżżawha l-kultura Taljana, u għalhekk saret naturali li wieħed
juża kliem Taljani minflok oħrajn minn ilsien twelidna. B'hekk, ġara li
l-Malti miktub, meta kien il-waqt li jseħħ dan il-fenomenu, issellef ix-
xejra
w ir-regoli tal-kitba Taljana.

Dawn li ġejjin huma xi ftit eżempji, mogħtija fi 3 tarġiet, b'dal mod:

1. Tifsra bl-Ingliż;
2.
Il-Kelma Maltija kif insibuha llum;
3. L-istess kellma kif kient tiġi miktuba dari.

Writing
Kitba -- proper Maltese spelling - with a 'K' - was at first transposed…
Chitba -- by the Italian hard 'C' or 'Ch'.

School/Schools
Skola / Skejjel -- similar to the above case, the 'K' was substituted by
Schola / Schejjel -- the Italian hard 'C' or 'Ch'

Question / Matter (a Maltese word derived from the Italian 'Questione')
Kwistjoni
Quistjoni -- the 'K' was substituted by the Italian hard 'Qu'.

The first / The initial
L-ewwel -- the 'W' was substituted by the Italian hard 'U'
L-euuel

My Neck
Għonqi -- to approximate the pronunciation, say 'On' and 'E'
Għonki -- the 'Q' was substituted by the Arabic-sounding 'Kh'.

Dawn l-eżempji huma meħuda mill-kitba ta' Dun Karm innifsu. Fil-
biċċa l-kbira huma meħuda mid-daħla tal-ktieb tiegħu bl-isem:

"L'euuel uard jew ġemgħa tal poeżijiet li ctibt bi lsien tagħna"
(Blossoms - or a collection of poems I wrote in our language).

Il-kliem imxaqleb (in italics) li jidher taħt kull linja juri kif sar jinkiteb daż-żmien,
waqt li l-kliem ta' fuqu jidher bil-mod 'modern,' jew kif għandu jkun - hekk kif kompla
jiżvolġi l-ilsien Malti. Fiż-żmien l-imgħoddi, it-tifsila Taljana kienet tintuża għax
ma kienx għad hemm regoli mifthema dwar il-kitba bil-Malti. Sa dan il-waqt
ilsienna kien għadu wieħed mitkellem, iżda ftit li xejn kien miktub.

 

"Għandu icun li l'euuel uahda ingħoġbot, u itlob u arġa itlob,
"Għandu jkun li l-ewwel waħda ingħoġbot, u itlob u erġa itlob,

chelli immid għonki għat-tieni uaħda, imbagħad għal uahd'
kelli immid għonqi għat-tieni waħda, imbagħad għal waħda

oħra u imbagħad għall oħra u hekk ħarġu dakka ta ħmistax
oħra, u mbagħad għal oħra u hekk ħarġu daqqa ta' ħmistax

il poeżija, illi kalgħuli il lakam ta "poeta malti", lakam sabiħ
il-poeżija, illi qalgħuli l-laqam ta' "Poeta Malti", laqam sabiħ

uisk, iżda li jiena nibża, ma jokogħdlix…."
wisq, iżda li jiena nibża ma joqogħdlix"

Kif jista' wieħed jara, il-mod li fih jinkiteb il-Malti nbidel ħafna u
fl-aħħar donnu sab sehemu l-ilsien Malti, għalkemm fi kliemna ta'
kuljum ninsew nużaw il-kliem tassew Malti u ngħażżlu dak minn
ilsna oħra, misluf jew meħud mit-Taljan jew mill-Ingliż.

Żur it-taqsima: Mitt-Kelma Mitkelma

lura għall-bidu