Walter,
Beachclub Concert,
   Marsascala-2002

L O G O   reviews  

għandha l-pjaċir twasslilkom lil

Walter Micallef
l-Ikonu tal-ħajja

my-malta.com © 2003  


This webpage is in the Maltese language, so requires your computer to recognize Maltese characters.   Download your Un-Zipped Maltese Font.

Din hija kitba li tehtieg il-'karattri Maltin' biex tidher sewwa.   Nizzilhom minn hawn.

Jikteb għal my-malta.com: Steve Borg © 2002




My-Malta-Home
Maltese People
Towns & Villages
Our Rich History
That's Interesting !?
At Your Service
Stationed at Malta
Resources Page
  View Guest Book
Special Features
E-MAIL US
sebat ijiem fil-gimgha duhhan

kabbar
f'The George
30-04-2001


  Ghaliex bl-ilsien Malti?

Fi żmien meta lsienna qed ikompli jitkasbar u jiġi mwarrab, kantant li jagħżel li jikteb u jkanta bil-Malti jinżel b’togħma t’għasel tas-sagħtar.    Jien sibt il-wens fil-mużika ta’ l-kantawtur Walter Micallef.

X’qed jagħmel lil Micallef tant popolari li kunċert wara l-ieħor jikkonverti aktar semmiegħa f’‘dixxipli’ ġodda? "Nitkellem fuq dak li jolqotna fil-ħajja tagħna. In-nies qed juruwna li jridu jisimgħu din il-mużika ... kieku ma jiġux il-kunċerti bi ħġarhom."

Walter in Concert,
 @ Baystreet,
Summer of 2001
Walter f'kunċert 'Baystreet', akkumpanjat
minn Pawlu Camilleri (il-Bibi) u Renzo Spiteri.



  Fuqiex ikanta u għaliex?

It-temi tal-kanzunetti ta’ Walter Micallef huma temi li jolqtu lilna lkoll, għaliex jitkellem fuq esperjenzi umani. Hemm siltiet li jitrattaw l-ambjent naturali Malti u l-qirda tiegħu, bħal   In-Nofsinhar   u   In-Naffar.    Oħrajn jitkellmu fuq temi li mhux kulħadd lest li jkanta dwarhom, bhall-abbuż tad-droga, il-vjolenza domestika jew is-swat fuq it-tfal. F’moħħi jiġu mill-ewwel is-siltiet Le!, San Blas Waqt il-Programm   u   Sieħbi fil-Kabord tal-Kċina, li rebħet il-premju ta’ l-Aħjar Tema Soċjali fl-2001 fl-Għanja tal-Poplu.   Oħrajn huma ta’ protesta, bħall- 5 t’Ottubru, Ġuvni u Ħrafa w Ereżija,   li jitkellmu kontra l-manipulazzjoni ta’ ċ-ċittadini mill-istat. "Lilna ħadd ma jitmagħna r-ross bil-labra," jkanta f’waħda minnhom.


  X'jaħseb dwar l-imħabba?

"Faċli li tgħid inħobbok", jgħid Walter, "il-biċċa xogħol hi kif se tesprimi din is-sensazzjoni. L-imħabba hija l-aktar ħaġa li tispira l-bniedem; bħall-kittieba, l-poeti u nies li għandhom xi jgħidu. F’xi ħin jew iehor trid tgħaddi minnha. Hija l-aktar ħaġa li tferrħek u li tweġgħek. Naħseb li huwa importanti hu li tesprimi dak li tħoss u min jisimgħek, jassoċja ruħu miegħek. L-imħabba min dejjem kienet il-ħatab li jieħu n-nar. Illum hemm min jemmen li l-imħabba fid-dinja post moderna ma teżistix. Ta’ l-inqas jien qed niprova nżomm ir-romantiċiżmu ħaj bil-kanzunetti tiegħi."

Waħda mill-favoriti hija Ma Temminix, silta li ħareġ minn ġol-kexxun maġiku tiegħu. Kuntrarju għall-inkwiet li ħoloq is-senduq ta' Pandora fl-istorja klassika, dak ta' Walter Micallef huwa mimli ġawhar żgħar li, għalkemm moħbija għal tant snin, hekk kif jilmħu xaqq dawl tarhom jarmu d-dija.

Ma temminix...
Għalkemm għandi min iħobbni tant,
Insib ruħi naħseb fik
U għalkemm irrid ninsik,
Niprova u ma nistax.

U diski ta’ mħabba għandu, u bil-bosta: Ma Tħobbnix, Dan l-Aħħar, Iż-Żmien, l-F.M. u ħafna oħrajn.   Il-Kejl hija dwar imħabba mixtieqa u mhux waħda miksuba. "Int tista’ tħobb bniedem, jew l-ambjent jew anki l-pajjiżek."    U bir-raġun. Jekk wieħed iwieżen il-kliem ta’ M'Jien Xejn:

Dal-bard ta’ Frar ifakkarni fik,
Nidgeddes fil-kutri u noħlom bik,
Qatt ma bsart li se jħossni daqshekk waħdi
Nagħfas xfar għajnejja ħa nżomm lura d-dmugħ…

jaħseb li s-suġġett hija xi maħbuba għażiża.   Fil-fatt hi, u jisimha Malta. Għaliex Walter Micallef ma joqgħodx jagħmel paniġirku, plejtu jew ewlojgu. Hu jħobb lil Malta b’imħabba safja, onesta, ġenwina. Għalhekk jidher imħasseb dwar in-nuqqas ta’ ħarsien lejn l-ambjent u l-ħlejjaq ta’ dawn il-gżejjer. M'għandux ħin ikanta fuq il-ħmerijiet.

Niftakarni daqs sentejn ilu kont qiegħed ġewwa Westport, l-Irlanda, fil-pub 'Matt Malloy,' ta’ membru tal-magħrufa 'The Chieftains.' Kantanta Irlandiża kienet qed tkanta ‘A Song for Ireland’ ta’ Dick Gaughan. Xi tfajliet Amerikani bdew jagħmlu l-istorbju. Widdibthom u b’hekk għamilt ħafna ħbieb Irlandiżi. Għaliex jemmnu fir-reverenza ta’ kanzunetti patrijottiċi. F’Malta din l-awra jagħtihielna Walter Micallef.


  Għaliex qed jikteb bil-Malti biss?

Tgħid huwa d-Don Quixote tagħna, jissielet mal-qlugħ tal-imtieħen b’lanza msadda, bħal xi gwerrier qalbieni?   "Ahna f’Malta m'għandniex suq għad-diski u forsi għamilt ingassa ma’ għonqi. Jien mhux qiegħed fuq missjoni, izda li kieku qieghed, għaliex ma għandiex nagħmilha. L-impenn tiegħi lejn il-kanzunetta nagħmlu għax ġej minn qalbi u mhux għax ta’ bilfors."

"Jien ma jinteressanix il-Eurovision. Il-kritiku tal-mużika, Eric Montfort għadu kif qal li l-Eurovision qed jingħata wisq importanza hawn Malta, qisu l-ħajja u l-mewt ta’ kollox. U x’jiġri b’min jirbaħ? Idoqqu ġo n-nightclubs, u imbagħad? Kemm ikollhom suċċess dejjiemi?   Allura nkanta bil-Malti. Għadna nagħtu bis-sieq lill-kanzunetta bil-Malti. Issa jgħaddi ż-żmien u meta tintesa’ jqum xi ħadd u jgħid,
'Hi, ara kemm kienu sbieħ dawn il-kanzunetti!' "



  Iżda futur hemm?

"Il-ħolma tiegħi hija li l-poplu Malti jibda jkanta bil-Malti. Ferħan ħafna nara lil-fans tiegħi ikantaw miegħi. Inħossni ferħan ħafna bil-kontribut ta’ Renzo Spiteri li bil-ħsejjes tal-perkussjoni u strumenti etnici qed jikkumplimenta l-melodiji tiegħi. U anki b’Pawlu Camilleri, il-Bibi. Hija naturali li jħossu komdu magħna, għaliex il-messaġġ tiegħi huwa posittiv, u l-ħsus tiegħi huma ġenwini.

"Issa qed ikun hemm emigranti Maltin, jgħixu l-Awstralja u l-Kanada li meta jarawni l-Belt jistaqsuni meta ser nagħmlu xi kunċerti hemmhekk. Ikun ta’ unur għalina li naqsmu l-kanzunetti Maltin magħhom. Min jaf, forsi nqabbżulhom ftit tad-dmugħ?"

Pawlu Camilleri (il-Bibi), music from the Soul &
Renzo Spiteri, percussionist extraordinaire
il-ħbieb... Pawlu Camilleri (il-Bibi) u Renzo Spiteri,
żewġ mużiċisti inġenjużi u spiritużi !



  L-ewwel Album

"Huma l-ħafna li qed jistaqsu fuq l-album li għandu joħroġ.   "Ser ikun jismu: M'Jien Xejn, li hija wkoll diska ta’ mħabba. B’kollox ser ikun hemm ħmistax-il silta. Hemm kummissjoni taħdem fuq il-produzzjoni tiegħu."

Il-Malti jgħid li ‘ż-żmien isajjar il-bajtar’, u jgħid sew. Aktar u aktar ma jgħaddi ż-żmien Walter qed jifjien, bhal dak il-flixkun tax-xorb jixxappap fis-sufra sakemm isir VSOP, bħad-duwa li trid idduq meta tkun marid. Irid jew ma jridx, Micallef qed jispiċċa l-ikonu tal-kanzunetta impenjattiva Maltija, mhux għax qed jimla’ l-vojt iżda għax għandu l-klassi ta' artista veru.


  X'aktar?



Il-kliem tad-diski             X'qalu l-kritiċi?




il-'website' Maltija tiegħek !

my-Malta-home Towns & Villages Our Rich History That's Interesting !? At Your Service
Sign Guest Book Maltese People Special Feature Resources Page Stationed at Malta
What's New ? E-MAIL US Site Map Join Us ! Message Boards

Please circulate this page amongst your friends and contacts, urging them to support Maltese culture.

Nitolbuk tibgħat din il-paġna lil ħbiebek kollha, biex inħeġġuhom jibiżgħu għall-kultura Maltija kollha.

L O G O "Thank you for visiting!"