Nifs
Nifs kiesaħ
igħaqqad , iwebbes ,
jissoda is-silġ taħti
bl-iskejts niżfen
melodija bierda .
Mela
Tkellimniex , tonfoħlix , tbusnix
jekk nifsek huwa sħun
għax għal darb’ohra
nerġa negħreq
meta s-silġ jinħall .
Tisraqlix
B’kelmtek , b’nifsek ,
Bil-ħajr tal-bewsa tiegħek
Diż-żifna ta’ fuq is-silġ .
Natasha Turner
Meħuda minn . . .
|
Messaġġ mingħand Natasha:
Il-Poeżija għalija m’hi xejn ħlief…. Jien, l-emozzjonijiet, ix-xewqat u l-ħsibijiet li jintilfu fil-kitba. Hija l-mezz ta’ komunikazjoni bejn il- Jien u l-oħrajn. Kif stqarrejt fl-ewwel paġna tal-ktieb tiegħi, jien nikteb biss biex naqsam l-esperjenzi tiegħi mal-oħrajn u għalkemm ħafna ‘publishers’ jaqtgħu qalb dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jippublikkaw il-poeżiji, jien lesta li nibqa għaddejja għal xi ħaġa li nimmen fiha. Nagħti kuraġġ lil dawk iż-żgħażagħ kollha li jħobbu jiktbu biex qatt ma jieqfu għall-ebda ostaklu. Bħalissa qed nagħmel ġabra ta’ riżorsi għall-istudenti fis-suġġett li ngħallem jien, li huwa l-iżvilupp personali u soċjali tal-bniedem. Nixtieqilkom sena tajba u mimlija kotba.
Natasha Turner -- Diċembru 2002
Jinsab għal-bejgħ . . .
mingħand il-librara ewlenin, fosthom Chaucer’s, Baystreet, Mireva Bookshop, ħdejn l-Università u Librerija Preca. Għal aktar informazzjoni tistgħu tibagħtu email lil Natahsa jew lil din il-website.
lura
|
Pagna Prinċipali

il-'website' Maltija tiegħek !
|
| | | | | | | |