kabbar
|
Min hi Natasha Turner?
Natasha Turner Vella twieldet f’San Ġiljan fl-1974. Studjat fl-Università ta’ Malta fejn għamlet B.A fil-lingwi u l-Psikoloġija u wara ħadet diploma fil-P.G.C.E. fil-P.S.E (Personal and Social Education).
Fost l-iktar oqsma importanti f’ħajjitha Natasha tqis it-tagħlim u l-kitba. Hija tifforma parti mill-Għaqda Letterarja Maltija u l-Għaqda Poeti Maltin.
Xi xogħlijiet minn tagħha ġew ippublikati kemm fil-ġabriet ta’ poeżiji tal-Għaqda Letteratura Maltija kif ukoll mill-Inizjamed. Turner tikteb ukoll xi kotba għall-livell primarju, ma’ kumpanija privata, waqt li xi artikli tagħha dwar is-suġġet li tgħallem u hi li tant temmen fih, jidhru fuq l-Internet.
Tgħidilna Natasha: "Minn dejjem kont persuna li rrid nesprimi kemm il-ferħ kif ukoll l-uġigħ fija. Ta’ eta żgħira, kont nesprimih bid-daqq tal–pjanu u ż-żfin. Filfatt għadni sa llum, nintilef f’kull rittmu li jinspirani. Niftakar li meta għalaqt dawk it-tlettax il-sena, bdejt inħażżeż xi ħaġa l-hemm u l-hawn, u mhux l-ewwel darba li pruvajt nikteb xi diska mqanqla minn relazzjoni li ma sfruttatx.
"Bdejt nikteb il-poeżija meta dħalt is-Sixth Form. Niftakar kellna l-ewwel lezzjoni ma’ Mario Azzoppardi u ried ikun jaf jekk kienx hemm xi ħadd minna li jikteb il-poeżiji. Fil-pront ħabibti rrifferit għalija. Lili ħasditni. Niftakar Mario talabni nurih xi ħaga l-għada u mort id-dar nipprova naghmel xi ħaġa. Ix-xogħol tiegħi kien għoġbu u bqajt nikteb sa llum. Xi kompetizzjonijiet li rbaħt komplew iħeġġuni nkompli nikteb."
Xi spirha biex tippublika?
|
L-ewwel ġabra li ħarget kienet permezz ta’ ktieb ‘Bejn in-Narratur u n-Narrata’ maħruġ flimkien mal-kollega tagħha Gwido Borg.
“Tista’ tgħid li kien esperiment. Gwido xtaq jippublika din l-għanja li kien kiteb u ħeġġiġni biex ningħaqad miegħu u noħorġu ktieb flimkien. B’hekk iddeċidejna li l-ktieb ikun kuntrast bejn it-tradizzjonal (l-istil li jikteb bih hu) u l-modern (it-taħlita tiegħi)”
Wara xi xhur, Natasha ddeċidiet li toħroġ ġabra waħdiha; f’Diċembru tal-2002 ħarġet ktieb li semmietu ‘NEIJ-JIEN’. Kompliet tispjega Natasha: “Din is-sena kelli x-xorti kbira li nsir ħabiba ta’ Ġorġ Peresso, li kompla jħeġġiġni nikteb u noħroġ il-potenzjal fija. Il-ktieb għandu propju studju kritiku tiegħu.”
L-ewwel Ġabra
|
Bejn in-Narratur u n-Narrata ta' Guido Borg u Natasha Turner
Dan il-ktieb ta' poeżija jlaqqa' il-kitba ta' Guido Borg u Natasha Turner, żewg awturi bi stili ta' espressjoni differenti. It-taqsima ta’ Borg, bl-isem l-Għanja tat-Tieġ,
hi kollha ddedikata lill-ballata bi stil tradizzjonali li tista' tinħadem bla reċta. Il-ballata hi kollha ċelebrazzjoni ta’ żwieġ, ta’ folklor, tal-immaġini, tal-vrus metriċi u tar-rima. Hi poeżija viżwali daqskemm hi ċelebrattiva.
It-taqsima ta’ Natasha Turner, In-Narrata, hi espożizzjoni għerja mhux biss ta’ sentimenti tipikament femminili moderni – mara muġugħa daqskemm delikata – li l-poetessa tagħraf tikxef b’metafori qliel, imma fuq kollox ġodda u li jaħsduk
“ġismi stunat . . . mwarrab mill-orkestri u mill-mużika ta’ kuljum”. Hi poeżija autobiografika, kemm interjuri u kemm tagħha bħala persuna, bħala ġisem. Hi poeżija b’terminilogija ta' żmienna, imwieżna minn liriżmu li f’waqtiet itaffi
l-qawwa ħarxa ta’ l-espressjoni. Dak li hu ta’ kuljum, imqar negattivament ta’ kuljum, u dak li hu persunali, Turner tagħraf twasslu bħala espressjoni aktar mifruxa u li tolqtok.
Il-ktieb għandu studju ta’ Tarcisio Zarb u jinsab ghall-bejgħ għand il-Mireva bookshop (ħdejn l-Università) u f'Baystreet.
It-tieni . . .
Kif għidna qabel, il-poeta żagħżugħa, Natsha, ippublikat it-tieni ġabra ta' poeżiji tagħha bl-isem ta' ‘NEIJ-JIEN’.
Dal-ktieb, għandu daħla u studju kritiku ta' Ġorġ Peresso. Fi kliemu stess: “Il-ktieb hu aktar minn affermazzjoni ta' l-identità persunali tal-kittieba. Hu kważi awtobijografija, imfissra fi tfittxija tal-'Jien' f'waqtiet qliel, f'waqtiet liriċi u saħansitra f'waqtiet kważi frivoli, ċajtiera u nebbiexa. Il-'Jien' hu mfisser ukoll b'dak li hu il-kuntrarju tal-JIEN. Il-poeżiji ta' Turner m'huma qatt riflessjoni biss soġġettiva iżda jagħmlu sehem ukoll mill-ambjent li fih jgħix, ferħan jew imnikket, il-bniedem. JIEN hu wkoll it-tfittxija ta' l-idenitità poetika ta’ l-istess kittieba b'forom, metafori u stil li huma awtentiċi u ġenwini għax huma immeddjati iżda joħolqu poeżija li ma tħallik qatt indifferenti. L-emozzjonijiet ta’ diżappunt ma jonqsu qatt, biss tinħass dejjem il-ħtiega tal-iżvilupp psikoloġiku kif ukoll il-ħtieġa tal-ħelsien minn dak kollu li jista’ jiblokka l-JIEN.”
Il-ktieb, li għandu preżentazzjoni li tiġbdek b'disinji u ritratti ta' Chris Grech, jinsab għal-bejgħ mingħand il-librara ewlenin, fosthom Chaucer’s, Baystreet, Mireva Bookshop, ħdejn l-Università u Librerija Preca. Għal aktar informazzjoni tistgħu tibagħtu email lil Natahsa jew lil din il-website.
Eżempju tal-versi ta' Natasha
|
In-Nifs
Tgħumux !
Nikki: A tribute
 il-'website' Maltija tiegħek !
|
| | | | | | | | | |
|
|
|